L-astronomi jsejħu pjaneti barra mis-sistema solari tagħna 'exo-pjaneti'. It-tfittxija għall-exo-pjaneti hi waħda mill-iżjed suġġetti eċitanti fl-astronomija bħalissa. S'issa nstabu madwar 850, imma biex jitteħdilhom ritratt bħal dan għadu rari ħafna. Dan għaliex il-pjaneti jiddu ħafna inqas mill-istilel u spiss jiġu mitfija mid-dawl tal-istilel. Qishek tipprova tara ajruplan li għaddej minn quddiem ix-Xemx tiddi.
Din l-istilla żagħżugħa diġà jafu li hemm pjaneta oħra torbitaha madwar sitt darbiet iżjed 'il bogħod minn kif id-Dinja torbita x-Xemx. Il-pjaneta l-ġdida hi madwar 10 darbiet iżjed 'il bogħod! U waqt li l-pjaneta għadha żagħżugħa żgur li mhijiex żgħira - l-astronomi jaħsbu li ħi madwar id-daqs ta' Ġove, li fiha tista' ddaħħal 1000 Dinja!
L-astronomi jaħsbu li l-pjaneti ġganti jikbru billi jieħdu mill-gass u t-trab li jibqa' wara li tifforma stilla. Osservazzjonijiet ġodda jappoġġjaw dan: il-pjaneta qiegħda f'ċirku ta' materjal li hemm madwar l-istilla, u hemm ħafna postijiet fejn il-pjaneti u l-istilel għadhom jinteraġixxu direttament.
Fatt Interessanti
L-ikbar exo-pjaneta li qatt ġiet skoperta ingħatat l-isem ta' 'CD-35 2722'. Din il-pjaneta ġganta hi madwar 10,000 darba ikbar mid-Dinja!
Share: