Meta l-Univers kien għadu żgħir kien mimli ċpar oħxon ta' gass idroġenu kiesaħ. Dan jagħmilha diffiċli tistudja b'deleskopji ta' 'dawl viżibbli' normali. Imma l-ALMA għandu għandu għajnejn speċjali li ser jaraw il-kożmos f'dawl differenti magħruf bħala 'radio light'. Dan iħalli t-teleskopju jara minn goċ-ċpar u jiżvela s-sigrieti għall-ewwel darba.
L-ALMA tefa' d-dawl ukoll fuq xi wħud mill-iżjed oġġetti kesħin fl-Univers. Ser jittawwal minn ġo sħab skur ta' gass u trab li qiegħed ftit gradi 'l fuq minn żero assolut - l-iżjed temperatura possibbli (−273°C). Qisu qed tgħid iksaħ milli kieku tersaq iżjed lejn in-nofsinhar mill-Pol tan-Nofsinhar! Nittamaw li niskopru pjaneti eżotiċi ġodda li qed jorbitaw xmux aljeni u stilel trabi jiddu li qed jiffurmaw fis-sħab oħxon.
Jekk trid tkun minn tal-ewwel biex tkun taf is-sigrieti li ALMA jiżvela dwar l-oriġini kożmiċi, ara li taqta Space Scoop fix-xhur li ġejjin!
Fatt Interessanti
L-ALMA inħadem 5000 metru għoli fuq muntanja fid-Deżert ta' Atakama, fiċ-Ċili, wieħed mill-iżjed postijiet niexfa fid-Dinja! L-għoli enormi u n-nixfa tal-post ifissru li ftit li xejn hemm sħab biex itellef l-osservazzjonijiet. Imma f'għoli ta' 5000 metru, l-arja hi rqiqa ħafna, għalhekk ftit li xejn hemm aċċess għan-nies!
Share: